4.6.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 190/32 |
Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Marzu 2018 – Région de Bruxelles-Capitale vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-178/18)
(2018/C 190/55)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Région de Bruxelles-Capitale (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: A. Bailleux u B. Magarinos Rey, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tiddikjara dan ir-rikors ammissibbli u fondat; |
— |
tannulla r-Regolament [ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2324 tat-12 ta’ Diċembru 2017 li jġedded l-approvazzjoni tas-sustanza attiva glifosat skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (ĠU 2017 L 333, p. 10)] ikkontestat, filwaqt li żżomm l-effetti tiegħu sakemm dan jiġi ssostitwit f’terminu raġonevoli, u dan sa mhux iktar tard mis-16 ta’ Diċembru 2021; |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ħlas tal-ispejjeż tal-istanza. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipji ta’ livell għoli tal-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-ambjent. Dan il-motiv jinqasam f’żewġ partijiet.
|
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni u tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba, sa fejn ir-regolament ikkontestat jinkludi kontradizzjoni interna. Ir-rikorrent iqis li l-preambolu u l-artikoli tal-imsemmi regolament jinftiehmu fis-sens li l-glifosat ma għandux effett dannuż fuq is-saħħa tal-bniedem jew tal-annimali u ma għandux effett inaċċettabbli fuq l-ambjent, filwaqt li d-dispożizzjonijiet speċifiċi li jinsabu fl-Anness I tiegħu huma bbażati fuq l-eżistenza ta’ tali effetti. B’hekk, tali kontradizzjoni interna tqiegħed lill-pubbliku f’inċertezza fir-rigward tal-kwistjoni ta’ jekk il-glifosat jinvolvix riskju għas-saħħa jew għall-ambjent. |