7.5.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 161/59 |
Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Frar 2018 – Legutko u Poręba vs Il-Parlament
(Kawża T-156/18)
(2018/C 161/70)
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Partijiet
Rikorrent: Ryszard Antoni Legutko (Morawica, il-Polonja), Tomasz Piotr Poręba (Mielec, il-Polonja) (rappreżentant: M. Mataczyński, avukat)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew
Talbiet
Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tiddikjara li l-konvenut kiser l-Artikolu 130 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Parlament Ewropew kif ukoll id-dispożizzjonijiet tal-Anness II tal-istess Regoli, billi naqas milli jibgħat lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea l-mistoqsija bil-miktub, ippreżentata minn xi membri tal-Parlament Ewropew fil-kuntest tal-proċedura rreġistrata bin-numru ta’ referenza P-003358/17; |
— |
tordna lill-Parlament Ewropew jibgħat lill-korp kompetenti, jiġifieri lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, il-mistoqsija bil-miktub ippreżentata bin-numru ta’ referenza P-003358/17; |
— |
tikkundanna lill-Parlament għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw il-motivi segwenti.
— |
Motiv li jallega nuqqas min-naħa tal-Parlament Ewropew li jikkonsisti fin-nuqqas ta’ dan tal-aħħar milli jibgħat lill-istituzzjoni kompetenti, kif indikat mir-rikorrenti, il-mistoqsija bil-miktub ippreżentata fis-16 ta’ Mejju 2017 tal-Membri tal-Parlament Ewropew Ryszard Legutko u Tomasz Poręba. |