30.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 152/54


Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Marzu 2018 – Sona Nutrition vs EUIPO – Solgar Holdings (SOLGAR Since 1947 MultiPlus WHOLEFOOD CONCENTRATE MULTIVITAMIN FORMULA)

(Kawża T-153/18)

(2018/C 152/63)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Sona Nutrition Ltd (Dublin, l-Irlanda) (rappreżentanti: A. von Mühlendahl u H. Hartwig, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Solgar Holdings, Inc. (Ronkonkoma, New York, l-Istati Uniti)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni bil-kulur aħmar, kannella ċar, beige, kannella skur u kannella bi sfumatura tad-deheb, SOLGAR Since 1947 MultiPlus WHOLEFOOD CONCENTRATE MULTIVITAMIN FORMULA – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 13 781 299

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-20 ta’ Diċembru 2017 fil-Każ R 1321/2017-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO u lil Solgar Holdings, Inc., għall-ispejjeż, f’każ li din tal-aħħar tintervjeni f’dawn il-proċeduri.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 94(1) tar-Regolament Nru 2017/1001;

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 2017/1001;