5.8.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 263/49 |
Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Ġunju 2019 — VK vs Il-Kunsill
(Kawża T-151/18)
(2019/C 263/56)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: VK (rappreżentant: K. Lara, avukat)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/141 tad-29 ta’ Jannar 2018 li temenda d-Deċiżjoni 2011/72/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija ĠU 2018, L 25, p. 38) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/135 tat-28 ta’ Jannar 2019 li temenda d-Deċiżjoni 2011/72/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija (ĠU 2019, L 25, p. 23) sa fejn dawn id-deċiżjoni jikkonċernaw lir-rikorrent; |
— |
tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi.
1. |
L-ewwel motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikoli 31, 46 u 55 tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-Korruzzjoni. F’dan ir-rigward r-rikorrent isostni li skont dawn id-dispożizzjonijiet, miżura ta’ prekawzjoni ta’ ffriżar u konfiska trid tkun ibbażata jew fuq deċiżjoni tal-Istat li jagħmel it-talba għaliha, jew fuq espożizzjoni tal-fatti rilevanti minn dan l-istess Stat li jagħmel it-talba għaliha b’deskrizzjoni tal-miżuri mitluba. Isa, skontu, il-miżuri restrittivi ġew ordnati u estiżi mingħajr espożizzjoni, anki qasira, tal-fatt allegati. Barra minn hekk it-Tuneżija ma titlobx li jibqgħu l-miżuri restrittivi kkontestati. |
2. |
It-tieni motiv, ibbażat fuq l-iżball manifest ta’ evalwazzjoni mill-Kunsill meta qies li ma kienx marbut li jieħu inkunsiderazzjoni l-elementi prodotti mir-rikorrent u l-argumenti magħmula minnu, lanqas li jagħmel verifiki supplimentari mal-awtoritajiet Tuneżini, filwaqt li l-imsemmija elementi u argumenti kienu tali li jqajmu mistoqsijiet leġittimi dwar l-affidabbiltà tal-informazzjoni pprovduta. |
3. |
It-tielet motiv, ibbażat fuq użu ħażin ta’ poter imwettaq mill-Kunsill, peress li allegtament huwa kompliċi tal-awtoritajiet Tuneżini li l-iskop uniku tagħhom huwa li jiġġustifikaw il-konfiska inġusta u illegali tal-proprjetà tar-rikorrent mingħajr ma dan kien seta’ jiddefendi ruħu u mingħajr il-possibbiltà ta’ rimedju. |