14.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 166/37


Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Marzu 2018 – UE vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-148/18)

(2018/C 166/47)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: UE (rappreżentanti: S. Rodrigues u A. Champetier, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni adottata mill-Kummissjoni fl-20 ta’ Novembru 2017 li tiċħad l-ilment tagħha relatat ma’ talba għal kumpens għad-dannu sostnut minnha;

tingħata kumpens għad-dannu morali sostnut minħabba nuqqas tal-konvenuta, evalwat għas-somma ta’ EUR 10 000 u;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur mill-konvenuta tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba u tal-Artikolu 41 tal-Karta dwar il-prinċipju tat-terminu raġonevoli.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq l-osservanza mir-rikorrenti tal-prinċipju tat-terminu raġonevoli fil-preżentata tat-talba għal assistenza tagħha.