23.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 142/63


Rikors ippreżentat fi 27 ta Frar 2018 – Lidl Stiftung vs EUIPO – Shimano Europe (PRO)

(Kawża T-122/18)

(2018/C 142/81)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Lidl Stiftung & Co. KG (Neckarsulm, il-Ġermanja) (rappreżentanti: A. Berger u A. Marx, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Shimano Europe BV (Nunspeet, il-Pajjiżi l-Baxxi)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tinkludi l-element verbali “PRO” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 14 468 904

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-7 ta’ Diċembru 2017 fil-Każ R 1332/2017-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tiċħad it-talba għal oppożizzjoni Nru 002654773, imressqa kontra l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 14 468 904;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż, u

tikkundanna lil Shimano Europe BV għall-ispejjeż tal-proċedura quddiem l-EUIPO.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament Nru 2017/1001;

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 2017/1001.