7.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 161/54


Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Frar 2018 – Tomasz Kawałko Trofeum vs EUIPO – Ferrero (KINDERPRAMS)

(Kawża T-115/18)

(2018/C 161/61)

Lingwa tar-rikors: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrent: Tomasz Kawałko Trofeum (Gdynia, il-Polonja) (rappreżentant: P. Moksa, konsulent legali)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Ferrero SpA (Alba, l-Italja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrent

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni “KINDERPRAMS” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 12 916 961

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-14 ta’ Diċembru 2018 fil-Każ R 1112/2017-4

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tbiddel id-deċiżjoni kkontestata b’mod li tintlaqa’ l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat-trade mark KINDERPRAMS;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 2017/1001.