|
30.4.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 152/43 |
Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Frar 2018 – Miles-Bramwell Executive Services vs EUIPO (FREE)
(Kawża T-114/18)
(2018/C 152/53)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Miles-Bramwell Executive Services Ltd (Alfreton, ir-Renju Unit) (rappreżentant: J. Mellor, QC)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni “FREE” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 081 508
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-27 ta’ Novembru 2017 fil-Każ R 2166/2016-1
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
|
— |
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż. |
Motivi invokati
|
— |
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 2017/1001; |
|
— |
Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 2017/1001. |