16.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 134/29


Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Frar 2018 – Guiral Broto vs EUIPO – Gastro & Soul (Café del Sol)

(Kawża T-89/18)

(2018/C 134/42)

Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Ramón Guiral Broto (Marbella, Spanja) (rappreżentant: J. de Castro Hermida, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Gastro & Soul GmbH (Hildesheim, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “Café del Sol” – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 6 105 985

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-14 ta’ Diċembru 2017 fil-Każ R 1095/2017-4

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tirrevoka u tannulla d-deċiżjoni kkontestata, billi tiddikjara n-natura fondata tal-oppożizzjoni bbażata fuq it-trade mark prijoritarja li l-opponent, Ramón Guiral Broto, huwa proprjetarju tagħha, jiġifieri t-trade mark Spanjola Nru 2348110, fil-klassi 42 tal-Klassifikazzjoni ta’ Nice.

tikkkonferma d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni, li ċaħdet l-applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 6 105 985 CAFÉ DEL SOL, għal “servizzi għal provvista ta’ ikel u xorb, akkomodazzjoni temporanja u catering”, fil-klassi 43 tal-Klassifikazzjoni ta’ Nice, magħmula mill-kumpanija kummerċjali Ġermaniża GASTRO & SOUL GmbH, minħabba probabbiltà ta’ konfużjoni għall-konsumatur li tirriżulta mill-eżistenza taż-żewġ trade marks inkwistjoni, minħabba l-allegat xebh verbali u l-identiċità fl-applikazzjoni tagħhom; jew, jekk il-Qorti Ġenerali ma tkunx kompetenti li tagħmel hekk, tibgħat lura t-tilwima lill-Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern u tikkunsidra l-oppożizzjoni fondata.

sussidjarjament, tirrevoka u tannulla d-deċiżjoni appellata minħabba nuqqas ta’ konsistenza u ksur tad-drittijiet tad-difiża u ċ-ċertezza legali tar-rikorrent, wara li ġiet espressament miċħuda lilu l-possibbiltà li jipprovdi traduzzjoni sħiħa tat-trade mark prijoritarja preċedenti permezz tar-Rikors Nru 1095/2017-4, li jfixkel b’dan il-mod wieħed mill-għanijiet fundamentali li kellu r-rinviju mill-ġdid tal-każ quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO deċiż b’sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali fit-13 ta’ Diċembru 2016 fil-Kawża T-548/15, li tat rinviju mill-ġdid għall-Bord tal-Appell tal-EUIPO sabiex tippermetti tali rettifika u konsegwentement ir-rikors jiġi deċiż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 2017/1001.