16.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 134/27


Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Frar 2018 – Husky CZ vs EUIPO – Husky of Tostock (HUSKY)

(Kawża T-82/18)

(2018/C 134/39)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Husky CZ s.r.o. (Praga, ir-Repubblika Ċeka) (rappreżentant: L. Lorenc, lawyer)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Husky of Tostock Ltd (Woodbridge, ir-Renju Unit)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni “HUSKY” fil-kuluri blu, iswed u abjad – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 4 442 431

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-18 ta’ Jannar 2018 fil-Każ R 812/2017-1

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Il-Bord tal-Appell ma ħax inkunsiderazzjoni kif xieraq l-argumenti u l-provi prodotti mir-rikorrenti u, għalhekk, huwa kkunsidra b’mod żbaljat id-drittijiet preċedenti li l-oppożizzjoni kienet ibbażata fuqhom.