23.4.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 142/52 |
Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Frar 2018 – Alfamicro vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-64/18)
(2018/C 142/70)
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Partijiet
Rikorrenti: Alfamicro – Sistema de Computadores – Sociedade Unipessoal, Lda (Cascais, il-Portugall) (rappreżentanti: G. Gentil Anastácio u D. Pirra Xarepe, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tiddikjara n-nullità tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (2017) 8839 finali tat-13 ta’ Diċembru 2017 dwar il-ħlas ta’ dejn, sa fejn tirrigwarda n-nota ta’ debitu Nru 3241507078, minn naħa, u tannulla l-imsemmija deċiżjoni fir-rigward tal-kumplament, min-naħa l-oħra; |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka l-motivi li ġejjin:
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq użu ħażin tal-poter mill-Kummissjoni, fir-rigward tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ nullità, sa fejn hija ssostitwixxiet id-deċiżjoni mogħtija mill-Qorti Ġenerali, tal-14 ta’ Novembru 2017, fil-Kawża T-831/14, li fiha din tal-aħħar iffissat il-kreditu tal-Unjoni fir-rigward ta’ dejn speċifiku, ma’ deċiżjoni ta’ kontenut differenti, li tikkostitwixxi titolu eżekuttiv, fir-rigward tal-istess dejn, bi ksur tal-Artikolu 19 TUE, u tal-Artikolu 272 TFUE; |
2. |
It-tieni motiv, fir-rigward tat-talba għal annullament, ibbażat fuq:
|
(1) Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU 2012, L 298, p. 1).