|
19.3.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 104/52 |
Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Jannar 2018 – NGV vs EUIPO (WEIN FÜR PROFIS)
(Kawża T-56/18)
(2018/C 104/67)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: NGV GmbH (Wildeshausen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: O. Spieker, A. Schönfleisch, M. Alber, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni li tinkludi l-elementi verbali “WEIN FÜR PROFIS” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 326 549
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-6 ta’ Novembru 2017 fil-Każ R 501/2017-1
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
|
— |
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż. |
Motiv invokat
|
— |
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b)(c) u (g) tar-Regolament Nru 2017/1001. |