19.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 104/48


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Jannar 2018 – Asahi Intecc vs EUIPO – Celesio (Celeson)

(Kawża T-36/18)

(2018/C 104/61)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Asahi Intecc Co. Ltd (Nagoya, il-Ġappun) (rappreżentant: T. Schmidpeter, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Celesio AG (Stuttgart, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark “Celeson” li tindika l-Unjoni Ewropea – Reġistrazzjoni internazzjonali Nru 1 254 798 li tindika l-Unjoni Ewropea

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-20 ta’ Novembru 2017 fil-Każ R 1004/2017-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tiċħad l-oppożizzjoni Nru B 2 644 816 imressqa minn McKesson Europe AG (li kienet Celesion AG) kontra r-reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark verbali Celeson li tindika l-Unjoni Ewropea, li applikat għaliha r-rikorrenti;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż tiegħu stess kif ukoll għal dawk sostnuti mir-rikorrenti għall-finijiet tal-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali;

tikkundanna lill-EUIPO u lil McKesson Europe AG (li kienet Celesion AG) sabiex kull wieħed minnhom iħallas nofs l-ispejjeż neċessarjament sostnuti mir-rikorrenti għall-finijiet tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 2017/1001.