12.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 94/32


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Jannar 2018 – adidas International Trading et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-24/18)

(2018/C 094/43)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: adidas International Trading BV (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi), Gabor Footwear GmbH (Rosenheim, il-Ġermanja), Gabor Shoes AG (Rosenheim), HR Online GmbH (Osnabrück, il-Ġermanja), Nike European Operations Netherlands BV (Hilversum, il-Pajjiżi l-Baxxi), Timberland Europe BV (Almelo, il-Pajjiżi l-Baxxi), Wolverine Europe BV (Amsterdam), Wolverine Europe Ltd (London, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: E. Vermulst u J. Cornelis, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1982 tal-31 ta’ Ottubru 2017 li jimponi mill-ġdid dazju antidumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti tipi ta’ żraben bil-parti ta’ fuq tal-ġilda li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mill-Vjetnam u prodotti minn Dongguan Luzhou Shoes Co. Ltd, Dongguan Shingtak Shoes Co. Ltd, Guangzhou Dragon Shoes Co. Ltd, Guangzhou Evervan Footwear Co. Ltd, Guangzhou Guangda Shoes Co. Ltd, Long Son Joint Stock Company u Zhaoqing Li Da Shoes Co., Ltd, u li jimplimenta s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawżi Magħquda C-659/13 u C-34/14 (ĠU 2017 L 285, p. 14); u

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea tbati l-ispejjeż tar-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw ħames motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kummissjoni Ewropea ma kellhiex il-kompetenza legali sabiex tadotta r-regolament ikkontestat.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-ftuħ mill-ġdid tal-proċedura magħluqa dwar tipi ta’ żraben u l-impożizzjoni retroattiva tad-dazju antidumping skadut mir-regolament ikkontestat:

(i)

huwa nieqes minn bażi legali, huwa bbażat fuq żball manifest fl-applikazzjoni tal-Artikolu 266 TFEU u r-Regolament bażiku (1) u jikser l-Artikolu 9(4) tar-Regolament bażiku;

(ii)

ma huwiex konformi mal-prinċipji ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi, ta’ ċertezza legali u ta’ nonretroattivatà sa fejn ir-rikorrenti huma kkonċernati; u

(iii)

huwa bbażat fuq applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 266 TFEU u użu ħażin ta’ poter mill-Kummissjoni Ewropea u jikser l-Artikolu 5(4) TFEU.

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-impożizzjoni retroattiva tad-dazju antidumping fuq il-fornituri tar-rikorrenti, bl-esklużjoni ta’ rimbors tar-rikorrenti, tikser il-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni.

4.

Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kummissjoni Ewropea użat ħażin il-poter tagħha fl-evalwazzjoni tal-ekonomija tas-suq u tat-talbiet ta’ trattament individwali tal-fornituri tar-rikorrenti sabiex imponiet dazju antidumping retroattiv u kisret il-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni; u

5.

Il-ħames motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kummissjoni Ewropea naqset milli tosserva l-obbligu li jinsab fl-Artikolu 20(5) tar-Regolament bażiku kif ukoll l-obbligu ta’ motivazzjoni meħtieġ mill-Artikolu 296 TFEU.


(1)  Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (ĠU 2016 L 176, p. 21).