5.3.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 83/22 |
Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Jannar 2018 – OCU vs BĊE
(Kawża T-15/18)
(2018/C 083/33)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Organización de Consumidores y Usuarios (OCU) (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: E. Martínez Martínez u C. López-Mélida de Ramón, avukati)
Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
— |
tikkundanna lill-BĊE sabiex tipproduċi d-dokumentazzjoni mitluba fil-verżjonijiet sħaħ jew kunfidenzjali tagħhom; u |
— |
tikkundanna lill-Bank Ċentrali Ewropew għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
— |
L-għan ta’ din il-proċedura huwa l-annullament tad-Deċiżjoni tas-17 ta’ Novembru 2017, bin-numru ta’ reġistrazzjoni LS/MD/17/428, li tiċħad it-“Talba konfermattiva għal aċċess għal dokumenti tal-BĊE” mressqa minn din il-parti qabel l-14 ta’ Settembru 2017; minflok din, tordna l-produzzjoni immedjata tad-dokumentazzjoni mitluba, dwar ir-riżoluzzjoni ta’ Banco Popular Español S.A.. |
— |
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka motiv wieħed, ibbażat fuq id-dritt fundamentali stabbilit fl-Artikolu 41(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea: id-dritt għal amministrazzjoni tajba; billi tesprimi d-dritt tagħha ta’ aċċess għal dokumenti permezz tal-eżerċizzju leġittimu tad-dritt tad-difiża. |