Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tal-20 ta’ Jannar 2021 – Jareš Procházková u Jareš vs EUIPO – Elton Hodinářská (MANUFACTURE PRIM 1949)

(Kawża T‑656/18)

“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea MANUFACTURE PRIM 1949 – Assenza ta’ dritt preċedenti miksub abbażi tad-dritt nazzjonali – Artikolu 52(2)(c) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 60(2)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”

1. 

Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedura għat-tressiq ta’ kawża – Kawża mressqa quddiem il-qorti tal-Unjoni – Ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali – Stħarriġ tal-legalità tad-deċiżjonijiet tal-Bordijiet tal-Appell – Teħid inkunsiderazzjoni mill-Qorti Ġenerali tal-punti ta’ dritt u ta’ fatt mhux ippreżentati preċedentement quddiem l-istanzi tal-Uffiċċju – Esklużjoni

(Regolament 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, Artikolu 72)

ara l-punt 16)

2. 

Rikors għal annullament – Suġġett – Deċiżjoni bbażata fuq diversi punti ta’ raġunament, li kollha huma suffiċjenti sabiex id-dispożittiv ikun ibbażat fuqhom – Annullament ta’ deċiżjoni bħal din – Kundizzjonijiet

(Artikolu 263 TFUE)

(ara l-punt 19)

3. 

Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Ċessjoni, revoka u invalidità – Raġunijiet relattivi ta’ invalidità – Użu tat-trade mark li jista’ jiġi pprojbit abbażi ta’ dritt preċedenti ieħor – Stħarriġ eżerċitat mill-istanzi kompetenti tal-Uffiċċju u mill-Qorti Ġenerali fir-rigward tad-dritt nazzjonali applikabbli – Portata

(Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 52(2); Regolament tal-Kummissjoni Nru 2868/95, Artikolu 1, Regola 37)

(ara l-punti 24 sa 27)

4. 

Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Dispożizzjonijiet proċedurali – Eżami ex officio tal-fatti – Dmir ta’ diliġenza

(Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 74(1))

ara l-punt 63)

5. 

Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Dispożizzjonijiet proċedurali – Eżami ex officio tal-fatti – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità dwar raġunijiet relattivi għal rifjut – Eżami superfiċjali ta’ provi jew assenza ta’ teħid inkunsiderazzjoni ta’ ċerti provi mill-Uffiċċju – Assenza ta’ ksur tal-Artikolu 74 tar-Regolament Nru 40/94

(Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 74(1))

(ara l-punt 67)

6. 

Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Dispożizzjonijiet proċedurali – Motivazzjoni tad-deċiżjonijiet – L-ewwel sentenza tal-Artikolu 73 tar-Regolament Nru 40/94 – Portata identika għal dik tal-Artikolu 296 TFUE – Użu ta’ motivazzjoni impliċita mill-Bord tal-Appell – Ammissibbiltà – Kundizzjonijiet

(Artikolu 296 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 73)

(ara l-punti 68 sa 71)

7. 

Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Ċessjoni, revoka u invalidità – Raġunijiet relattivi ta’ invalidità – Użu tat-trade mark li jista’ jiġi pprojbit abbażi ta’ dritt preċedenti ieħor – Drittijiet tal-awtur – Trade mark figurattiva MANUFACTURE PRIM 1949

(Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 52(2)(c))

(ara l-punti 75 sa 81, 85)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-7 ta’ Settembru 2018 (Każ R 1159/2017‑4), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn, minn naħa, H. Jareš Procházková u A. Jareš u, min-naħa l-oħra, Elton Hodinářská.

Dispożittiv

1) 

Ir-rikors huwa miċħud.

2) 

Hana Jareš Procházková u Antonín Jareš għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess u kif ukoll dawk tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO).

3) 

Elton Hodinářská a.s. għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.