Sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tad-19 ta’ Diċembru 2019 – ZQ vs Il-Kummissjoni
(Kawża T‑647/18)
“Servizz pubbliku - Uffiċjali - Fastidju psikoloġiku - Artikolu 12a tar-Regolamenti tal-Persunal - Talba għal assistenza - Artikolu 24 tar-Regolamenti tal-Persunal - Ċaħda ta’ talba - Terminu raġonevoli - Assenza ta’ prova prima facie - Obbligu ta’ motivazzjoni - Responsabbiltà”
|
1. |
Rikorsi tal-uffiċjali – Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni ta’ ċaħda tal-ilment – Effett – Tressiq tal-att ikkontestat quddiem il-qorti – Eċċezzjoni – Deċiżjoni li ma għandhiex natura konfermattiva – Tressiq tal-att ikkontestat quddiem il-qorti (Regolamenti tal-Persunal, Artikoli 90 u 91) (ara l-punti 35 sa 38) |
|
2. |
Uffiċjali – Obbligu ta’ assistenza tal-amministrazzjoni – Implimentazzjoni fil-qasam tal-fastidju psikoloġiku – Tressiq ta’ talba għal assistenza – Osservanza ta’ terminu raġonevoli – Bidu tad-dekorrenza tat-terminu li għandu jiġi osservat (Regolamenti tal-Persunal, Artikoli 12a, 24 u 90(1)) (ara l-punti 41 sa 43) |
|
3. |
Uffiċjali – Obbligu ta’ assistenza tal-amministrazzjoni – Kamp ta’ applikazzjoni – Portata – Limiti (Regolamenti tal-Persunal, Artikolu 24) (ara l-punti 54 sa 60) |
|
4. |
Uffiċjali – Fastidju psikoloġiku – Kunċett – Osservazzjonijiet negattivi indirizzati lil uffiċjal – Esklużjoni – Kundizzjonijiet (Regolamenti tal-Persunal, Artikolu 12a) (ara l-punt 78) |
|
5. |
Uffiċjali – Fastidju psikoloġiku – Kunċett – Deċiżjonijiet amministrattivi u nuqqas ta’ qbil mal-amministrazzjoni dwar kwistjonijiet li jikkonċernaw l-organizzazzjoni tad-dipartimenti – Esklużjoni (Regolamenti tal-Persunal, Artikolu 12a(3)) (ara l-punti 83, 98) |
|
6. |
Uffiċjali – Deċiżjoni li tikkawża preġudizzju – Obbligu ta’ motivazzjoni – Portata (Regolamenti tal-Persunal, It-tieni paragrafu tal-Artikolu 25) (ara l-punti 117 sa 119) |
|
7. |
Rikorsi tal-uffiċjali – Motivi – Nuqqas jew insuffiċjenza ta’ motivazzjoni – Motiv distint minn dak li jirrigwarda l-legalità fuq il-mertu (Regolamenti tal-Persunal, It-tieni paragrafu tal-Artikolu 25) (ara l-punt 120) |
|
8. |
Uffiċjali – Fastidju psikoloġiku – Kunċett – Aġir intiż li jiskredita lill-persuna kkonċernata jew li jiddegrada l-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħha (Regolamenti tal-Persunal, Artikolu 12a(3)) (ara l-punt 164) |
|
9. |
Uffiċjali – Obbligu ta' assistenza tal-amministrazzjoni – Implimentazzjoni fil-qasam tal-fastidju psikoloġiku – Tressiq ta’ talba għal assistenza – Osservanza ta’ terminu raġonevoli – Tul tat-terminu (Regolamenti tal-Persunal, Artikoli 24 u 90(1)) (ara l-punt 184) |
|
10. |
Rikorsi tal-uffiċjali – Talba għad-danni marbuta ma’ talba għal annullament – Ċaħda ta’ talba għal annullament li twassal għaċ-ċaħda tat-talba għad-danni (Regolamenti tal-Persunal, Artikolu 91) (ara l-punt 202) |
|
11. |
Rikorsi tal-uffiċjali – Rikors għad-danni ppreżentat fl-assenza ta’ proċedura prekontenzjuża skont ir-Regolamenti tal-Persunal – Inammissibbiltà (Regolamenti tal-Persunal, Artikoli 90 u 91) (ara l-punti 206 sa 208) |
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta’ Diċembru 2017 li tiċħad it-talba għall-għajnuna imressqa mir-rikorrent fit-18 ta’ Awwissu 2017 u, fejn meħtieġ, tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Lulju 2018 li tiċħad l-ilment imressaq mir-rikorrent fid-19 ta’ Marzu 2018 u, min-naħa l-oħra, sabiex jikseb kumpens għad-dannu materjali u morali li allegatament sofra.
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
ZQ minbarra l-ispejjeż tiegħu, għandu jbati dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea. |