Sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Għaxar Awla Estiża) tal-24 ta’ Frar 2021 – Universität Koblenz‑Landau vs EACEA
(Kawża T‑606/18)
“Klawżola ta’ arbitraġġ – Programmi Tempus – Ftehim ta’ sussidju – Spejjeż eliġibbli – Sospensjoni tal-pagamenti – Rimbors tas-somom imħallsa – Obbligu ta’ motivazzjoni”
|
1. |
Proċedura ġudizzjarja – Kawża mressqa quddiem il-Qorti Ġenerali abbażi ta’ klawżola ta’ arbitraġġ – Ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali ddefinita esklużivament mill-Artikoli 256 TFUE u 272 TFUE u l-klawżola ta’ arbitraġġ – Ġurisdizzjoni sabiex tisma’ azzjoni dikjaratorja u b’eżekuzzjoni ta’ kuntratt – Evalwazzjoni (Artikoli 256 u 272 TFUE) (ara l-punt 22) |
|
2. |
Aġenziji tal-Unjoni Ewropea – Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura (EACEA) – Ftehim ta’ sussidju – Talba għal ħlas lura – Obbligu ta’ motivazzjoni tad-deċiżjonijiet – Portata (Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni, Artikoli 41(2)(ċ) u 51(1)) (ara l-punti 27 sa 31) |
|
3. |
Aġenziji tal-Unjoni Ewropea – Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura (EACEA) – Ftehim ta’ sussidju – Talba għal ħlas lura – Obbligu ta’ motivazzjoni tad-deċiżjonijiet – Portata – Evalwazzjoni tal-obbligu ta’ motivazzjoni skont iċ-ċirkustanzi tal-każ (Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni, Artikolu 41(2)(ċ)) (ara l-punti 35, 46) |
|
4. |
Proċedura ġudizzjarja – Rikors promotur – Rekwiżiti formali – Espożizzjoni ċara u preċiża tal-motivi invokati – Motiv ibbażat fuq in-nuqqas jew l-insuffiċjenza ta’ motivazzjoni – Talba parzjalment inammissibbli u parzjalment infondata (Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 53; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 76(d)) (ara l-punti 61, 67) |
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 272 TFUE u intiża sabiex il-Qorti Ġenerali, minn naħa, tikkonstata l-ineżistenza tal-kreditu ta’ EUR 22 454.22 li l-EACEA tqis li għandha fir-rigward tal-eżekuzzjoni tal-ftehim ta’ għotja Nru 2012‑3075 għall-implimentazzjoni tal-proġett “Qualification Frameworks in Central Asia: Bologna-Based Principles and Regional Coordination” u, min naħa l-oħra, tikkundanna lil din tal-aħħar tħallas lir-rikorrenti ammont ta’ EUR 41 408.15 taħt l-istess ftehim, flimkien mal-interessi moratorji.
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
Universität Koblenz‑Landau hija kkundannata għall-ispejjeż. |