Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tad-29 ta’ April 2020 – Tilly-Sabco vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-437/18)

“Responsabbiltà mhux kuntrattwali – Agrikoltura – Ħlasijiet lura fuq l-esportazzjoni – Laħam tat-tjur – Annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 689/2013 permezz ta’ sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja – Dannu”

1. 

Responsabbiltà mhux kuntrattwali – Kundizzjonijiet – Ksur suffiċjentement serju ta’ dispożizzjoni legali li tagħti drittijiet lill-individwi – Dispożizzjoni legali li tagħti drittijiet lill-individwi – Kunċett – Regola ta’ ordni proċedurali li għandha bħala għan li jiġi permess il-kontroll, mill-gvernijiet tal-Istati Membri, tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tal-kompetenzi ta’ eżekuzzjoni tagħha – Esklużjoni

(It-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE; Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 182/2011, Artikolu 3(3))

(ara l-punti 46, 51 sa 53, 63)

2. 

Agrikoltura – Organizzazzjoni komuni tas-swieq – Ħlasijiet lura fuq l-esportazzjoni – Iffissar tal-ammonti – Iffissar tal-ammont għal żero għall-ewwel darba għall-prodotti kkonċernati – Ammissibbiltà

(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1308/2013, Artikolu 196(3); Regolament tal-Kunsill Nru 1234/2007, Artikoli 162 u 164; Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 689/1, Artikolu 1(1))

(ara l-punti 59, 60, 62)

3. 

Dritt tal-Unjoni Ewropea – Prinċipji – Drittijiet kweżiti – Limiti – Emenda tal-leġiżlazzjoni dwar organizzazzjoni komuni tas-swieq – Bidliet magħmula għall-ħlasijiet lura fuq l-esportazzjoni – Assenza ta’ drittijiet kweżiti

(Regolament tal-Kunsill Nru 1234/2007, Artikolu 164(2))

(ara l-punt 61)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE u intiża sabiex jinkiseb kumpens għad-dannu li r-rikorrenti allegatament ġarrbet minħabba l-adozzjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 689/2013 tat-18 ta’ Lulju 2013 li jiffissa r-rifużjonijiet tal-esportazzjoni fis-settur tal-laħam tat-tjur (ĠU 2013, L 196, p. 13).

Dispożittiv

1) 

Ir-rikors huwa miċħud.

2) 

Tilly-Sabco hija kkundannata għall-ispejjeż.