Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) tas-7 ta’ Novembru 2019 – WN vs Il-Parlament

(Kawża T-431/18)

“Servizz pubbliku – Assistenti parlamentari akkreditati – Xoljiment antiċipat tal-kuntratt – Terminazzjoni tar-rabta’ ta’ fiduċja – Drittijiet tad-difiża – Proċedura ta’ konċiljazzjoni – Żball manifest ta’ evalwazzjoni – Diskriminazzjoni minħabba s-sess – Leave tal-maternità – Dmir ta’ premura”

1. 

Rikorsi tal-uffiċjali – Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni ta’ ċaħda tal-ilment – Ammissibbiltà – Obbligu li tingħata deċiżjoni dwar it-talbiet intiżi kontra d-deċiżjoni ta’ ċaħda tal-ilment – Talbiet neqsin minn kontenut awtonomu jew deċiżjoni purament konfermattiva – Assenza

(Regolamenti tal-Persunal, Artikoli 90 u 91)

(ara l-punti 21, 22)

2. 

Uffiċjali – Assistenti parlamentari akkreditati – Tkeċċija minħabba raġunijiet li kienu jikkonċernaw ir-relazzjoni ta’ fiduċja reċiproka – Obbligu ta’ motivazzjoni – Setgħa diskrezzjonali tal-awtorità li għandha s-setgħa tikkonkludi kuntratti ta’ ingaġġ – Portata

(it-tieni paragrafu tal-Artikoli 296 TFUE; Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 41(2); Regolamenti tal-Persunal, it-tieni paragrafu tal-Artikolu 25; Kondizzjonijiet tal-impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra, Artikoli 2(c), 5a, 127 u 139(1)(d))

(ara l-punti 28 sa 32, 36, 77, 91)

3. 

Uffiċjali – Assistenti parlamentari akkreditati – Prinċipji – Drittijiet tad-difiża – Portata – Obbligu li l-persuna kkonċernata tinstema qabel l-adozzjoni ta’ deċiżjoni ta’ tkeċċija minħabba raġunijiet li kienu jikkonċernaw ir-relazzjoni ta’ fiduċja reċiproka – Oneru tal-prova

(Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 41; Kondizzjonijiet tal-impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra, Artikoli 2(c), 5a u 139]

(ara l-punti 38 sa 44)

4. 

Uffiċjali – Assistenti parlamentari akkreditati – Tkeċċija minħabba raġunijiet li kienu jikkonċernaw ir-relazzjoni ta’ fiduċja reċiproka – Stħarriġ ġudizzjarju – Limiti

(Kondizzjonijiet tal-impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra, Artikoli 2(c) u 5a)

(ara l-punt 78)

5. 

Uffiċjali – Ugwaljanza fit-trattament – Ugwaljanza bejn uffiċjali rġiel u uffiċjali nisa – Deċiżjoni ta’ tkeċċija – Diskriminazzjoni minħabba t-tqala – Oneru tal-prova

(Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikoli 21 u 23; Regolamenti tal-Persunal, l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 1e(1) u l-Artikolu 1E(5); Kondizzjonijiet tal-impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra, Artikoli 128)

(ara l-punti 89, 90, 93, 100, 101)

6. 

Atti tal-istituzzjonijiet – Direttivi – Direttiva 2006/54 dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ opportunitajiet indaqs u ta’ trattament ugwali ta’ l-irġiel u nnisa fi kwistjonijiet ta’ impjiegi u xogħol – Impożizzjoni diretta ta’ obbligi fuq l-istituzzjonijiet tal-Unjoni fir-rapporti tagħhom mal-persunal tagħhom – Esklużjoni – Invokabbiltà – Portata

(Artikoli 288 TFUE; Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2006/54)

(ara l-punti 94, 95)

7. 

Uffiċjali – Dmir ta’ premura tal-amministrazzjoni – Portata – Obbligu msaħħaħ fil-każ li tkun affettwata s-saħħa tal-uffiċjal

(ara l-punti 105 sa 107)

8. 

Uffiċjali – Prinċipji – Protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi – Kundizzjonijiet

(Kondizzjonijiet tal-impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra, Artikolu 139(1)(d))

(ara l-punti 116, 117)

9. 

Uffiċjali – Responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-istituzzjonijiet – Kundizzjonijiet – Illegalità – Dannu – Rabta kawżali – Kundizzjonijiet kumulattivi

(it-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE)

(ara l-punti 122, 123)

10. 

Proċedura ġudizzjarja – Spejjeż – Spejjeż fiergħa u vessatorji – Aġir ta’ istituzzjoni li jiffavorixxi t-tnissil tat-tilwima

(Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikoli 135(2))

(ara l-punti 129 sa 131)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Parlament tat-28 ta’ Settembru 2017 li l-kuntratt ta’ assistent parlamentari akkreditat tar-rikorrenti jiġi xolt u, min-naħa l-oħra, kumpens għad-danni morali li hija allegatament ġarrbet minħabba l-aġir tal-Parlament.

Dispożittiv

1) 

Ir-rikors huwa miċħud.

2) 

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.