Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tad-9 ta’ Lulju 2019 – VY vs Il‑Kummissjoni
(Kawża T‑253/18)
“Servizz pubbliku – Uffiċjali – Impjieg ta’ maniġment intermedju – Ċaħda ta’ kandidatura – Avviż ta’ pożizzjoni vakanti – Proċedura ta’ selezzjoni – Obbligu ta’ motivazzjoni – Ugwaljanza bejn irġiel u nisa”
|
1. |
Uffiċjali – Pożizzjoni vakanti – Pożizzjoni li timtela permezz ta’ promozzjoni jew ta’ trasferiment – Eżami komparattiv tal-merti tal-kandidati – Setgħa diskrezzjonali tal-amministrazzjoni – Limiti – Osservanza tal-kundizzjonijiet imposti mill-avviż ta’ pożizzjoni vakanti – Stħarriġ ġudizzjarju – Portata (ara l-punti 20, 21, 42, 43, 78, 88, 89) |
|
2. |
Uffiċjali – Deċiżjoni li tikkawża preġudizzju – Ċaħda ta’ kandidatura – Obbligu ta’ motivazzjoni mhux iktar tard mill-istadju taċ-ċaħda tal-ilment – Portata (Regolamenti tal-Persunal, it-tieni paragrafu tal-Artikolu 25) (ara l-punti 47-49, 53, 55) |
|
3. |
Uffiċjali – Ugwaljanza fit-trattament – Ugwaljanza tal-opportunitajiet bejn irġiel u nisa – Setgħa diskrezzjonali tal-amministrazzjoni – Limiti – Oneru tal-prova (Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 21; Regolamenti tal-Persunal, Artikolu 1d(1), (5) u (6)) (ara l-punti 60-65, 70, 76) |
|
4. |
Uffiċjali – Reklutaġġ – Kriterji – Interess tas-servizz – Setgħa diskrezzjonali tal-amministrazzjoni – Stħarriġ ġudizzjarju – Limiti (ara l-punt 72) |
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni ta’ ċaħda tal-kandidatura tar-rikorrent kif ukoll tad-deċiżjoni ta’ ħatra ta’ kandidata oħra għal pożizzjoni ta’ kap ta’ diviżjoni fi ħdan delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea.
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
VY huwa kkundannat għall-ispejjeż. |