Sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tal-10 ta’ Settembru 2019 – DK vs SEAE

(Kawża T‑217/18)

“Servizz pubbliku – Proċeduri dixxiplinari – Kundanna kriminali – Sanzjoni ta’ tnaqqis mill-ammont tal-pensjoni – Żball manifest ta’ evalwazzjoni – Proporzjonalità – Obbligu ta’ motivazzjoni – Ċirkustanzi attenwanti – Responsabbiltà”

1. 

Uffiċjali – Sistema dixxiplinari – Sanzjoni – Setgħa diskrezzjonali tal-Awtorità tal-Ħatra – Teħid inkunsiderazzjoni taċ-ċirkustanzi aggravanti jew attenwanti – Obbligu li jittieħed inkunsiderazzoni l-kumpens għad-dannu kkawżat lill-Unjoni li digà seħħ fil-livell nazzjonali – Assenza – Użu ħażin ta’ poter – Assenza

(Regolamenti tal-Persunal, Anness IX, Artikolu 10)

(ara l-punti 38 sa 42, 44, 51, 52, 59, 61)

2. 

Uffiċjali – Sistema dixxiplinari – Sanzjoni – Setgħa diskrezzjonali tal-Awtorità tal-Ħatra – Obbligu li titqies l-opinjoni mogħtija mill-Bord Dixxiplinari – Assenza

(Regolamenti tal-Persunal, Anness IX, Artikoli 6 u 8)

(ara l-punti 68 sa 72)

3. 

Uffiċjali – Sistema dixxiplinari – Sanzjoni – Setgħa diskrezzjonali tal-Awtorità tal-Ħatra – Stħarriġ ġudizzjarju – Limiti

(Regolamenti tal-Persunal, Anness IX, Artikolu 9(2))

(ara l-punti 75 sa 77)

4. 

Uffiċjali – Sistema dixxiplinari – Sanzjoni – Setgħa diskrezzjonali tal-Awtorità tal-Ħatra – Eżistenza konġunta ta’ proċeduri dixxiplinari u ta’ proċeduri kriminali – Obbligu tal-amministrazzjoni li tiddeċiedi finalment dwar is-sitwazzjoni tal-uffiċjal wara d-deċiżjoni finali tal-qorti kriminali – Obbligu tal-amministrazzjoni li taġixxi f’terminu raġonevoli

(Regolamenti tal-Persunal, Anness IX, Artikolu 25)

(ara l-punti 85 sa 88, 90, 91, 95)

5. 

Uffiċjali – Sistema dixxiplinari – Sanzjoni – Setgħa diskrezzjonali tal-Awtorità tal-Ħatra – Tnaqqis tal-pensjoni – Bażi ta’ kalkolu tat-tnaqqis mill-pensjoni – Inklużjoni tal-allowances tal-familja – Kundizzjonijiet – Garanzija ta’ dħul minimu

(Regolamenti tal-Persunal, Anness VIII, Artikoli 6, 42 u 43, Anness IX, Artikolu 9(2))

(ara l-punti 118, 119, 123, 124)

6. 

Uffiċjali – Deċiżjoni li tikkawża preġudizzju – Sanzjoni dixxiplinari – Obbligu ta’ motivazzjoni – Portata

(Artikolu 296 TFUE; Regolamenti tal-Persunal, Artikolu 25 u Anness IX, Artikolu 22)

(ara l-punti 145 sa 149, 158)

7. 

Rikorsi tal-uffiċjali – Talba għad-danni marbuta ma’ talba għal annullament – Ċaħda ta’ talba għal annullament li twassal għaċ-ċaħda tat-talba għad-danni

(Regolamenti tal-Persunal, Artikolu 91)

(ara l-punti 184 sa 186)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjoni tas-SEAE tat-23 ta’ Mejju 2017 li timponi sanzjoni dixxiplinari fuq ir-rikorrent u, min-naħa l-oħra, għall-kumpens tad-dannu li r-rikorrent allegatament ġarrab minħabba l-ksur min-naħa tas-SEAE tad-drittijiet ta’ difiża tiegħu fil-kuntest tal-proċeduri kriminali mibdija kontrih quddiem il-qrati Belġjani.

Dispożittiv

1) 

Ir-rikors huwa miċħud.

2) 

DK huwa kkundannat għall-ispejjeż.