Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tas‑7 ta’ Mejju 2019 — Sona Nutrition vs EUIPO — Solgar Holdings (SOLGAR Since 1947 MultiPlus WHOLEFOOD CONCENTRATE MULTIVITAMIN FORMULA)

(Kawżi magħquda T‑152/18 sa T‑155/18)

“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjonijiet għal reġistrazzjoni ta’ trade marks figurattivi tal-Unjoni Ewropea SOLGAR Since 1947 MultiPlus WHOLEFOOD CONCENTRATE MULTIVITAMIN FORMULA – Trade mark nazzjonali verbali preċedenti MULTIPLUS – Raġuni relattiva għal rifjut – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”

1. 

Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti – Kriterji ta’ evalwazzjoni

(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2017/1001, Artikolu 8(1)(b))

(ara l-punti 21, 22)

2. 

Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti – Evalwazzjoni tal-probabbiltà ta’ konfużjoni – Determinazzjoni tal-pubbliku rilevanti – Livell ta’ attenzjoni mill-pubbliku

(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2017/1001, Artikolu 8(1)(b))

(ara l-punt 24)

3. 

Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti – Trade marks figurattivi SOLGAR Since 1947 MultiPlus WHOLEFOOD CONCENTRATE MULTIVITAMIN FORMULA – Trade mark verbali MULTIPLUS

(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2017/1001, Artikolu 8(1)(b))

(ara l-punti 25, 26, 29, 30, 45, 46)

4. 

Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Xebh bejn it-trade marks ikkonċernati – Kriterji ta’ evalwazzjoni – Trade mark kumplessa

(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2017/1001, Artikolu 8(1)(b))

(ara l-punti 27, 28)

5. 

Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti – Koeżistenza ta’ trade marks preċedenti – Rikonoxximent ta’ ċertu grad ta’ karattru distintiv ta’ trade mark nazzjonali

(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 2017/1001, Artikolu 8(1)(b) u Artikolu 2(a)(ii))

(ara l-punti 39, 40, 43, 44, 50)

6. 

Trade mark tal-Unjoni Ewropea Proċedura għat-tressiq ta’ kawża Kawża mressqa quddiem il-qorti tal-Unjoni – Ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali – Ordni indirizzata lill-Uffiċċju Esklużjoni

(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2017/1001, Artikolu 72(6))

(ara l-punt 52)

Suġġett

Rikorsi ppreżentati kontra d-deċiżjonijiet tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal 20 ta’ Diċembru 2017 (Każijiet R 1319/2017 4, R 1321/2017 4, R 1322/2017 4 u R 1323/2017-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Sona Nutrition u Solgar Holdings.

Dispożittiv

1) 

Il-kawżi T-152/18 sa T-155/18 huma magħquda għall-finijiet tas-sentenza.

2) 

Id-deċiżjonijiet tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal 20 ta’ Diċembru 2017 (Każijiet R 1319/2017 4, R 1321/2017 4, R 1322/2017 4 u R 1323/2017 4) huma annullati.

3) 

L-EUIPO u Solgar Holdings, Inc., għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom kif ukoll, kull wieħed minnhom, nofs l-ispejjeż sostnuti minn Sona Nutrition Ltd.