22.7.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 246/24


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Mejju 2019 — Apple vs EUIPO — Society for Worldwide Interbank Financial Telecommunication (SWIFT)

(Kawża T-685/18) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Irtirar tal-applikazzjoni għal reġistrazzjoni - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

(2019/C 246/25)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Apple Inc. (Cupertino, California, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: J. Olsen u P. Andreottola, solicitors)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: H. O’Neill, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Society for Worldwide Interbank Financial Telecommunication SCRL (La Hulpe, il-Belġju) (rappreżentant: G. Glas, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-30 ta’ Awwissu 2018 (Każ R 476/2018-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Society for Worldwide Interbank Financial Telecommunication SCRL u Apple Inc.

Dispożittiv

1)

Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.

2)

Apple Inc. u Society for Worldwide Interbank Financial Telecommunication SCRL għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom u għandhom ibatu, kull waħda minnhom, nofs l-ispejjeż tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO).


(1)  ĠU C 25, 21.1.2019.