25.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 399/60


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Ġunju 2019 BS vs Il-Parlament Ewropew

(Kawża T-593/18) (1)

(“Servizz pubbliku - Uffiċjali - Avviż ta’ bidla fid-drittijiet għall-pensjoni - Allowance għal wild dipendenti - Allowance tal-edukazzjoni - Wild li nħakem minn diżabbiltà li tipprekludih milli jissodisfa l-bżonnijiet tiegħu - Kura effettiva tal-wild - Artikolu 2 tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal - Irkupru tal-ammonti mħallsa indebitament - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Dritt għal amministrazzjoni tajba - Rikors għal annullament”)

(2019/C 399/73)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: BS (rappreżentanti: M. Maes u J.-N. Louis, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: inizjalement D. Boytha u T. Lazian, sussegwentement T. Lazian u C. González Argüelles, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża għall-annullament, minn naħa, tal-avviż ta’ bidla tad-drittijiet għall-pensjoni tar-rikorrent tal-10 ta’ Awwissu 2017 sabbilit mill-Parlament Ewropew u, min-naħa l-oħra, “sa fejn meħtieġ”, tad-deċiżjoni ta’ rkupru tal-ħlasijiet indebiti ta’ EUR 1 589,16 għax-xhur ta’ Settembru, Ottubru u Novembru 2017 u ta’ EUR 4 815,16 hekk kif jirriżulta mir-rendikont ta’ pensjoni tar-rikorrent ta’ Diċembru 2017.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

BS għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Parlament Ewropew.


(1)  ĠU C 427, 26.11.2018