17.6.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 206/41


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ April 2019 — Electroquimica Onubense vs ECHA

(Kawża T-481/18) (1)

(“REACH - Rappreżentanza minn avukat li ma għandux il-kwalità ta’ terz - Inammissibbiltà manifesta”)

(2019/C 206/45)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Electroquimica Onubense, SL (Palos de la frontera, Spanja) (rappreżentant: D. González Blanco, avukat)

Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (rappreżentanti: J.-P. Trnka, C.-M. Bergerat u M. Heikkilä, aġenti, assistiti minn C. García Molyneux, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tal-ECHA SME D(2018)2931-DC, tal-31 ta’ Mejju 2018, li tikkonstata li r-rikorrenti ma tissodisfax il-kundizzjonijiet sabiex tibbenefika mit-tnaqqis tat-tariffa dovuta għall-impriżi żgħar u li tobbligaha tħallas dritt amministrattiv.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.

2)

Electroquimica Onubense, SL hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 352, 1.10.2018.