|
8.7.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 230/50 |
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Mejju 2019 — RATP vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-422/18) (1)
(“Rikors għal annullament - Aċċess għal dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Dokumenti relattivi għal proċedura mibdija mill-Kummissjoni kontra Stat Membru - Dokumenti li joriġinaw mir-rikorrenti - Talba ta’ terz għal aċċess - Deċiżjoni inizjali li tagħti parzjalment l-aċċess - Assenza ta’ skop - Inammissibbiltà”)
(2019/C 230/63)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Régie autonome des transports parisiens (RATP) (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: inizjalment minn E. Morgan de Rivery, P. Delelis u C. Lavin, sussegwentement minn P. Delelis u C. Lavin, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Buchet, W. Mölls u C. Ehrbar, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tad-Direttorat Ġenerali għall-Mobbiltà u t-Trasport tal-Kummissjoni tal-5 ta’ Marzu 2018 li tiddeċiedi dwar talba għal aċċess għal dokumenti li joriġinaw mir-RATP għal dak li jikkonċerna aċċess parzjali għall-imsemmija dokumenti.
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli. |
|
2) |
Ir-Régie autonome des transports parisiens (RATP) hija kkundannata għall-ispejjeż. |