13.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 164/50


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Marzu 2019 — Silgan Closures u Silgan Holdings vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-410/18) (1)

(“Rikors għal annullament - Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tal-imballaġġi tal-metall - Deċiżjoni li tinfetaħ investigazzjoni - Att li ma jistax jiġi kkontestat - Inammissibbiltà”)

(2019/C 164/53)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Silgan Closures GmbH (Munich, il-Ġermanja), Silgan Holdings, Inc. (Stamford, Connecticut, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: H. Wollmann, D. Seeliger, R. Grafunder u V. Weiss, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Christoforou, B. Ernst, G. Meessen, C. Vollrath u L. Wildpanner, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2018) 2466 finali, tad-19 ta’ April 2018, li permezz tagħha l-Kummissjoni bdiet proċedura skont l-Artikolu 101 TFUE fil-Każ AT.40522 — Pandora.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talbiet għal intervent tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja u tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

3)

Silgan Closures GmbH, u Silgan Holdings, Inc., għandhom ibatu, minbarra l-ispejjeż tagħhom stess, l-ispejjeż esposti mill-Kummissjoni Ewropea.

4)

Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u l-Kunsill għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess relatati mat-talbiet għal intervent.


(1)  ĠU C 285, 13.08.2018.