29.10.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 392/31


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Lulju 2018 – Aquino et al vs Il-Parlament

(Kawża T-402/18 R)

((“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Dritt istituzzjonali - Strajk tal-interpreti - Miżuri ta’ rekwiżizzjoni tal-interpreti adottati mill-Parlament Ewropew - Talba għal sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Talba għal miżuri provviżorji - Inammissibbiltà parzjali - Ibbilanċjar tal-interessi”))

(2018/C 392/39)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Roberto Aquino (Brussell, il-Belġju) u t-30 rikorrent l-ieħor li l-ismijiet tagħhom jinsabu fl-annessi tad-digriet (rappreżentant: L. Levi, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiża, minn naħa, għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet tal-Parlament Ewropew tat-2 u t-3 ta’ Lulju 2018 li dwar ir-rekwiżizzjoni tal-interpreti kif ukoll tad-deċiżjonijiet futuri dwar ir-rekwiżizzjoni tal-interpreti għall-5, l-10 u l-11 ta’ Lulju 2018 u, min-naħa l-oħra, sabiex titlob lill-Parlament li jillimita fil-ġejjieni r-rekwiżizzjonijiet tal-interpreti.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.