27.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 301/38


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Lulju 2018 – Synergy Hellas vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-244/18 R)

((“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Ftehim ta’ sussidju konkluż fil-kuntest tas-Sitt Programm Qafas għar-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u d-dimostrazzjoni (2002–2006) - Irkupru tas-sommom imħallsa - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta’ urġenza”))

(2018/C 301/51)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: d.d. Synergy Hellas Anonymi Emporiki Etaireia Parochis Ypiresion Pliroforikis (Ateni, il-Grèċja) (rappreżentant: K. Damis, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Katsimerou u A. Kyratsou, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiża għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni C(2018 1115 finali tal-Kummissjoni, tad-19 ta’ Frar 2018, dwar l-irkupru mingħand ir-rikorrenti tas-somma ta’ EUR 76 282,08 flimkien mal-interessi moratorji.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.