|
30.9.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 328/52 |
Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Lulju 2019 — Scaloni u Figini vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-158/18) (1)
(“Rikors għad-danni - Riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti ta’ investiment - Direttiva 2014/59/UE u Regolament (UE) Nru 806/2014 - Għajnuna mill-Istat - Ksur tar-rekwiżiti proċedurali formali - Artikolu 76(d) tar-Regoli ta’ Proċedura - Inammissibbiltà manifesta”)
(2019/C 328/59)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Mario Scaloni (Ancona, l-Italja) u Ennio Figini (Chiaravalle, l-Italja) (rappreżentant: P. Putti, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Recchia, A. Steiblytė u K.-P. Wojcik, aġenti)
Intervenjenti insostenn tal-kovenuta: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: L. Visaggio u M. Sammut, aġenti), Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Rebasti u J. Bauerschmidt, aġenti)
Suġġett
Talba abbażi tal-Artikolu 268 TFUE u intiża għal kumpens għad-danni materjali allegatament subiti mir-rikorrenti minħabba r-rifjut tal-Kummissjoni li tawtorizza lir-Repubblika Taljana li tistabbilixxi għajnuna mill-Istat favur Banca delle Marche.
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
Mario Scaloni u Ennio Figini huma kkundannati jbatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk esposti mill-Kummissjoni Ewropea. |
|
3) |
Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess. |