27.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 301/38


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Lulju 2018 – Fundación Tecnalia Research & Innovation vs REA

(Kawża T-104/18 R)

((“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Ftehim ta’ sussidju konkluż fil-kuntest tas-Seba’ Programm Qafas għall-attivitajiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ dimostrazzjoni (2007–2013) - Irkupru tas-somom imħallsa - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta’ urgenza”))

(2018/C 301/50)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Fundación Tecnalia Research & Innovation (San Sebastián, Spanja) (rappreżentanti: P. Palacios Pesquera u M. Rius Coma, avukati)

Konvenuta: Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka (REA) (rappreżentanti: S. Payan-Lagrou u V. Canetti, aġenti, assistiti minn J. Rivas Andrés, avukat)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiża għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni tar-REA sabiex titlob ir-rimbors sħiħ tas-sussidju mogħti għall-proġett Food-Watch.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.