|
25.11.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 399/57 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Settembru 2019 – La Caixa vs EUIPO – Imagic Vision (imagin bank)
(Kawża T-761/18) (1)
(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva imagin bank - Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti imagic - Raġuni relattiva għal rifjut - Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Assenza ta’ xebh tas-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)
(2019/C 399/70)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Fundación bancaria caixa d'estalvis i pensions de Barcelona La Caixa (Palma de Majorque, Spanja) (rappreżentanti: I. Valdelomar Serrano, P. Román Maestre, D. Liern Cendrero, D. Gabarre Armengol u J. L. Rodríguez-Fuensalida, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: H. O’Neill, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Imagic Vision, SL (Madrid, Spanja)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-22 ta’ Ottubru 2018 (Każ R 1954/2017-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Imagic Vision u Fundación bancaria caixa d’estalvis i pensions de Barcelona La Caixa.
Dispożittiv
|
1) |
Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-22 ta’ Ottubru 2018 (Każ R 1954/2017-4) hija annullata. |
|
2) |
L-EUIPO għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll dawk sostnuti minn Fundación bancaria caixa d’estalvis i pensions de Barcelona La Caixa. |