3.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 36/29


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Diċembru 2019 – Refan Bulgaria vs EUIPO (Forma ta’ fjura)

(Kawża T-747/18) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għal trade mark tridimensjonali tal-Unjoni Ewropea - Forma ta’ fjura - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 - Drittijiet tad-difiża - Obbligu ta’ motivazzjoni”)

(2020/C 36/36)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Refan Bulgaria OOD (Trud, il-Bulgarija) (rappreżentant: A. Ivanova, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: A. Lukošiūtė, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-6 ta’ Settembru 2018 (Każ R 2518/2017-1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ sinjal tridimensjonali kkostitwit mill-forma ta’ fjura bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Refan Bulgaria OOD għandha tbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħha, dawk sostnuti mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 72, 25.2.2019.