23.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 95/27


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Frar 2020 – Dalasa vs EUIPO – Charité – Universitätsmedizin Berlin (charantea)

(Kawża T-733/18) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea charantea - Trade mark figurattiva preċedenti tal-Unjoni Ewropea CHARITÉ - Raġuni relattiva għal rifjut - Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

(2020/C 95/33)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Dalasa Handelsgesellschaft mbH (Vjenna, l-Awstrija) (rappreżentant: I. Hödl, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: A. Söder, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Charité – Universitätsmedizin Berlin, Gliedkörperschaft Öffentlichen Rechts (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentanti: A. Wulff u K. Schmidt-Hern, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-15 ta’ Ottubru 2018 (Każ R 540/2018-4) dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Charité u Dalasa.

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-15 ta’ Ottubru 2018 (Każ R 540/2018-4) hija annullata.

2)

L-EUIPO għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess kif ukoll dawk sostnuti minn Dalasa Handelsgesellschaft mbH matul il-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali.

3)

Charité – Universitätsmedizin Berlin, Gliedkörperschaft Öffentlichen Rechts għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess sostnuti matul il-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali.

4)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.


(1)  ĠU C 54, 11.2.2019.