27.1.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 27/32


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Novembru 2019 – Mélin vs Il-Parlament

(Kawża T-726/18) (1)

(“Dritt istituzzjonali - Leġiżlazzjoni dwar l-ispejjeż u l-allowances tal-Membri tal-Parlament Ewropew - Allowance għall-assistenza Parlamentari - Irkupru ta’ somom imħallsa indebitament - Obbligu ta’ motivazzjoni - Assenza ta’ komunikazzjoni tal-anness għad-deċiżjoni li tordna l-irkupru”)

(2020/C 27/40)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Joëlle Mélin (Aubagne, Franza) (rappreżentant: F. Wagner, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: S. Seyr u M. Ecker, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-Parlament tal-4 ta’ Ottubru 2018 dwar l-irkupru mingħand ir-rikorrenti ta’ somma ta’ EUR 130 339,35 indebitament imħallsa bħala assistenza parlamentari u tan-nota ta’ debitu relatata tal-10 ta’ Ottubru 2018.

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-Parlament Ewropew tal-4 ta’ Ottubru 2018 dwar l-irkupru mingħand Joëlle Mélin ta’ somma ta’ EUR 130 339.35 indebitament imħallsa bħala assistenza parlamentari u n-nota ta’ debitu relatata tal-10 ta’ Ottubru 2018 huma annullati.

2)

Il-Parlament huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 65, 18.2.2019.