20.1.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 19/47


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Novembru 2019 – Werner vs EUIPO – Merck (fLORAMED)

(Kawża T-695/18) (1)

(Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark figurtattiva fLORAMED - Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali preċedenti MEDIFLOR - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)

(2020/C 19/56)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Stefan Werner (Baldham, il-Ġermanja) (rappreżentant: T Büttner, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: S. Hanne, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Merck KGaA (Darmstadt, il-Ġermanja) (rappreżentanti: U. Pfleghar, M. Best, M. Giannakoulis et S. Schäffner, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-17 ta’ Settembru 2018 (Każ R 197/2018-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Merck u M. Werner.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Stefan Werner huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 25, 21.1.2019