13.7.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 230/26


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Mejju 2020 – Korporaciya “Masternet” vs EUIPO – Stayer Ibérica (STAYER)

(Kawża T-681/18) (1)

(Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ revoka - Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea STAYER - Użu ġenwin ta’ trade mark - -Artikolu 18(1) u l-Artikolu 58(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001 - Prova tal-użu ġenwin - Kwalifika tal-prodotti li għalihom ġie pprovat l-użu ġenwin)

(2020/C 230/33)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: ZAO Korporaciya “Masternet” (Moscow, ir-Russja) (rappreżentant: N. Bürglen, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: A. Söder, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Stayer Ibérica, SA (Pinto, Spanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-7 ta’ Settembru 2018 (Każ R 1940/2017-5), dwar proċedimenti ta’ revoka bejn Korporaciya “Masternet” u Stayer Ibérica.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 25, 21.1.2019.