19.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 280/41


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Ġunju 2019 — Porus vs EUIPO (oral Dialysis)

(Kawża T-652/18) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali oral Dialysis - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) u (2) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

(2019/C 280/57)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Porus GmbH (Monheim am Rhein, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Weil, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Schneider u D. Hanf, aġenti)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-14 ta’ 'Settembru 2018 (Każ R 1375/2018-2), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali oral Dialysis bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Porus GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 4, 7.1.2019.