|
9.9.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 305/54 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Ġunju 2019 — Balani Balani et vs EUIPO — Play Hawkers (HAWKERS)
(Kawża T-651/18) (1)
(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea HAWKERS - Trade mark figurattiva preċedenti tal-Unjoni Ewropea HAWKERS - Raġuni relattiva għal rifjut - Artikolu 8(5) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)
(2019/C 305/65)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Sonu Gangaram Balani Balani (Las Palmas de Gran Canaria, Spanja), Anup Suresh Balani Shivdasani (Las Palmas de Gran Canaria) u Amrit Suresh Balani Shivdasani (Las Palmas de Gran Canaria) (rappreżentant: A. Díaz Marrero, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Crespo Carrillo u H. O’Neill, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Play Hawkers, SL (Elche, Spanja)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-2 ta’ Awwissu 2018 (Każ R 396/2018-2) dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Play Hawkers u S.G. Balani Balani, A.S. Balani Shivdasani u A.S. Balani Shivdasani.
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
Sonu Gangaram Balani Balani, Anup Suresh Balani Shivdasani u Amrit Suresh Balani Shivdasani huma kkundannati għall-ispejjeż. |