3.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 36/27


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Diċembru 2019 – Super bock group vs EUIPO – Agus (Crystal)

(Kawża T-648/18) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea Crystal - Trade mark verbali nazzjonali preċedenti CRISTAL - Raġuni relattiva għal rifjut - Assenza ta’ xebh tal-prodotti - Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

(2020/C 36/32)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Super bock group, SGPS SA (Leça do Balio, il-Portugall) (rappreżentant: J. P. Mioludo, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Rampini u H. O’Neill, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Agus sp. z o.o. (Varsavja, il-Polonja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-23 ta’ Lulju 2018 (Każ R 299/2018-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Unicer-Bebidas de Portugal, SGPS SA u Agus.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Super bock group, SGPS SA hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 16, 14.1.2019.