20.1.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 19/46


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Novembru 2019 – August Wolff vs EUIPO – Faes Farma (DermoFaes Atopimed)

(Kawża T-642/18) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea DermoFaes Atopimed - Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea preċedenti Dermowas - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

(2020/C 19/54)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Dr. August Wolff GmbH & Co. KG Arzneimittel (Bielefeld, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Thünken, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Ivanauskas u H. O’Neill, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Faes Farma, SA (Lamiaco-Leioa, Spanja) (rappreżentanti: A. Vela Ballesteros u S. Fernandez Malvar, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-11 ta’ Lulju 2018 (Każ R 1365/2017-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Dr. August Wolff u Faes Farma.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Dr. August Wolff GmbH & Co. KG Arzneimittel hija kkundannata għall-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll għal dawk sostnuti mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) u minn Faes Farma, SA, inklużi l-ispejjeż indispensabbli sostnuti minn din tal-aħħar quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO.


(1)  ĠU C 4, 7.1.2019.