|
23.12.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 432/50 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Ottubru 2019 – E.I. Papadopoulos vs EUIPO – Europastry (fripan VIENNOISERIE CAPRICE Pur Beurre)
(Kawża T-628/18) (1)
(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea fripan VIENNOISERIE CAPRICE Pur Beurre - Trade mark figurattiva preċedenti tal-Unjoni Ewropea Caprice - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”)
(2019/C 432/58)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Viomichania mpiskoton kai eidon diatrofis E.I. Papadopoulos SA (Moschato-Tavros, il-Ġreċja) (rappreżentanti: C. Chrysanthis, P. V. Chardalia u A. Vasilogamvrou, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Lapinskaite, S. Palmero Cabezas u H. O’Neill, aġenti)
Partijiet oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Europastry, SA (Sant Cugat del Vallès, Spanja) (rappreżentanti: L. Estropá Navarro, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-8 ta’ Awwissu 2018 (Każ R 493/2018-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Viomichania mpiskoton kai eidon diatrofis E.I. Papadopoulos u Europastry.
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
Viomichania mpiskoton kai eidon diatrofis E. I. Papadopoulos SA hija kkundannata għall-ispejjeż. |