23.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 432/47


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Ottubru 2019 – Atos Medical vs EUIPO – Andreas Fahl Medizintechnik-Vertrieb (garżi mediċi)

(Kawża T-559/18) (1)

(“Disinn Komunitarju - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta garża medika - Żvelar ta’ disinni preċedenti - Raġuni għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Karattru individwali - Utent avżat - Grad ta’ libertà tad-disinjatur - Impressjoni ġenerali differenti - Artikolu 6 u Artikolu 25(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002”)

(2019/C 432/54)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Atos Medical GmbH (Troisdorf, il-Ġermanja) (rappreżentanti: K. Middelhoff, G. Schoenen u S. Biermann, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Walicka, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Andreas Fahl Medizintechnik-Vertrieb GmbH (Köln, il-Ġermanja) (rappreżentant: F. Kramer, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-29 ta’ Ġunju 2018 (Każ R 2215/2016-3), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Atos Medical u Andreas Fahl Medizintechnik-Vertrieb.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Atos Medical GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 399, 5.11.2018.