|
24.6.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 213/34 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ April 2019 — Lupu vs EUIPO — Et Djili Soy Dzhihangir Ibryam (Djili DS)
(Kawża T-558/18) (1)
(Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea Djili DS - Trade mark verbali nazzjonali preċedenti DJILI - Raġuni relattiva għal rifjut - Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(a) u (b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)
(2019/C 213/35)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Victor Lupu (Bucharest, ir-Rumanija) (rappreżentant: P. Acsinte, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Gája u H. O’Neill, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Et Djili Soy Dzhihangir Ibryam (Dulovo, il-Bulgarija) (rappreżentant: C.-R. Romițan, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-5 ta’ Ġunju 2018 (Każ R 2391/2017-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn V. Lupu u Djili Soy Dzhihangir Ibryam.
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
Victor Lupu huwa kkundannat għall-ispejjeż. |