16.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 423/43


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Ottubru 2019 – Société des produits Nestlé vs EUIPO – European Food (FITNESS)

(Kawża T-536/18) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea FITNESS - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Deċiżjoni meħuda wara li l-Qorti Ġenerali annullat deċiżjoni preċedenti - Artikolu 65(6) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 72(6) tar-Regolament (UE) 2017.1001) - Produzzjoni ta’ provi għall-ewwel darba quddiem il-Bord tal-Appell)

(2019/C 423/54)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Société des produits Nestlé SA (Vevey, Isvezja) (rappreżentanti: A. Jaeger-Lenz, A. Lambrecht u C. Elkemann, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Ruzek u H. O’Neill, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: European Food SA (Drăgănești, ir-Rumanija) (rappreżentanti: I. Speciac, R. Dincă, I.-F. Cofaru, V.-F. Diaconită u V. Stănese, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-6 ta’ Ġunju 2018 (Każ R 755/2018-2), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn European Food u s-Société des produits Nestlé

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tas-6 ta’ Ġunju 2018 (Każ R 755/2018-2) hija annullata.

2)

L-EUIPO għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu kif ukoll dawk sostnuti minn Société des produits Nestlé SA.

3)

European Food SA għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


(1)  ĠU C 399, 5.11.2018.