29.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 215/33


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Mejju 2020 – Peek & Cloppenburg vs EUIPO – Peek & Cloppenburg (Peek’s)

(Kawża T-535/18) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea Peek’s - Isem kummerċjali nazzjonali preċedenti Peek & Cloppenburg - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(4) tar-Regolament (UE) 2017/1001 - Koeżistenza tal-isem kummerċjali nazzjonali u tat-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni - Ftehim ta’ delimitazzjoni - Applikazzjoni tad-dritt nazzjonali mill-EUIPO - Sospensjoni tal-proċedura amministrattiva - Artikolu 70 tar-Regolament 2017/1001 - Regola 20(7)(c) tar-Regolament (KE) Nru 2868/95 (li saret l-Artikolu 71(1) tar-Regolament ta’ Delega (UE) 2018/625) - Żball manifest ta’ evalwazzjoni”)

(2020/C 215/40)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Peek & Cloppenburg KG (Düsseldorf, il-Ġermanja) (rappreżentant: P. Lange, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Hanf, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Peek & Cloppenburg KG (Hamburg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: A. Renck, M. Petersenn u C. Stöber, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-31 ta’ Mejju 2018 (Każ R 60/2007-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Peek & Cloppenburg (Hamburg) u Peek & Cloppenburg (Düsseldorf).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Peek & Cloppenburg KG (Düsseldorf) hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 392, 29.10.2018.