25.5.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 175/16


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Marzu 2020 – LL-Carpenter vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-531/18) (1)

(Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tal-vetturi bil-mutur fir-Repubblika Ċeka - Deċiżjoni ta’ ċaħda ta’ ilment - Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 773/2004 - Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 - Obbligu ta’ motivazzjoni)

(2020/C 175/18)

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Partijiet

Rikorrenti: LL-CARPENTER s. r. o. (Praga, ir-Repubblika Ċeka) (rappreżentant: M. Nedelka, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Dawes, M. Farley u K. Walkerová, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea C (2018) 4138 finali tas-26 ta’ Ġunju 2018, li tiċħad l-ilment imressaq mir-rikorrenti dwar il-ksur tal-Artikoli 101 u 102 TFUE allegatament imwettaq mill-kumpanniji tal-grupp Subaru fil-qasam tad-distribuzzjoni ta’ vetturi bil-mutur (Każ AT.40037 – Carpenter/Subaru).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

LL-CARPENTER s. r. o. hija kkundannata tbati l-ispejjeż.


(1)  ĠU C 399, 5.11.2018.