24.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 61/27


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Diċembru 2019 – Ir-Repubblika Ċeka vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-509/18) (1)

(“FEAGA u Feader - Spejjeż esklużi mill-finanzjament - Termini applikabbli bejn diversi żjarat tal-awtoritajiet nazzjonali ta’ superviżjoni - Tħabbir ta’ verifiki fuq il-post - Avviż impliċitu - Artikoli 25 u 26 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 809/2014 - Korrezzjoni finanzjarja b’rata fissa”)

(2020/C 61/33)

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Ċeka (rappreżentanti: M. Smolek, J. Pavliš, O. Serdula u J. Vláčil, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Lewis, A. Sauka u K. Walkerová, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/873 tat-13 ta’ Ġunju 2018 li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea nefqa partikolari li ġarrbu l-Istati Membri fil-kuntest tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (il-FAEG) u fil-kuntest tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (il-FAEŻR) (ĠU 2018, L 152, p. 29), sa fejn hija teskludi l-ħlasijiet imwettqa mir-Repubblika Ċeka skont il-FAEG għal ammont ta’ EUR 151 116,65.

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/873 tat-13 ta’ Ġunju 2018 li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea nefqa partikolari li ġarrbu l-Istati Membri fil-kuntest tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (il-FAEG) u fil-kuntest tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (il-FAEŻR) hija annullata sa fejn il-Kummissjoni Ewropea eskludiet il-ħlasijiet imwettqa mir-Repubblika Ċeka skont il-FAEŻR għal ammont ta’ EUR 151 116,65.

2)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 399, 5.11.2018 .