10.8.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 262/21


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Ġunju 2020 – Il-Polonja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-506/18) (1)

(“FEAGA u FAEŻR - Nefqa eskluża mill-finanzjament - Appoġġ speċifiku għas-settur tat-tabakk - Nefqa mwettqa mill-Polonja - Kontrolli ewlenin - Korrezzjonijiet b’rata fissa - Obbligu ta’ motivazzjoni”)

(2020/C 262/27)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentanti: B. Majczyna, B. Włodarczyk, B. Straś u M. Wiącek, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Aquilina, B. Hofstötter, M. Kaduczak u A. Stobiecka-Kuik, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263TFUE u intiża għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/873, tat-13 ta’ Ġunju 2018, li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea nefqa partikolari li ġarrbu l-Istati Membri fil-kuntest tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (il-FAEG) u fil-kuntest tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (il-FAEŻR) (ĠU 2018, L 152, p. 29).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ir-Repubblika tal-Polonja hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 427, 26.11.2018.